Fenkata - Nhar is-Sibt 21 ta' Novembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 21 ta’ Novembru 2020

Nhar is-Sibt, 21 ta' Novembru mis-6:30pm l-quddiem, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta', ser jorganizzaw Fenkata. Peress li ninsabu fl-għeqel tal-pandemijja, ddeċidejna li ma nagħmlux ikla fis-Sala Marija Bambina, pero' l-ikel ser jiġi mwassal fid-djar tagħkom (Free Delivery) jew tistaw tiġu u tiġbru l-ikel intom stess (Pick Up). 

Ikel: Fenek jew Tiġieġ, Chips u Deżerta.

Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu lill-Gayle fuq 9994 8206 / Christian fuq 7922 1224.

Nixtiequ ninfurmawkom sabiex ma tħallux għal aħħar sabiex tordnaw l-ikel. L-ordnijiet ser jibqaw miftuħin sa nhar il-Ħamis 19 ta' Novembru.

Grazzi mill-Qalb! L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezata.

Inħarsu b'determinazzjoni u ottimiżmu lejn il-Festa 2021!

Marċ Brijjuż - Il-Bożen(Maġġur Anthony Aquilina)

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 16 ta’ Novembru 2020