Attivitajiet li jmiss

The Naxxar Motor Show Exhibition 2024 - 28 ta' April

Nhar il-Ħadd 28 ta' April mid-9:00am sa nofsinhar fil-Pjazza Vittorja ġewwa n-Naxxar ser tittellgħa esebizzjoni tal-karozzi u muturi bl-isem 'The Naxxar Motor Show Exhibition 2024 bil-kollaborazjoni mal-Old Motors Club u Vespa Club Malta. Ħajr lill-isponsors kollha b'mod speċjali lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar u Enemed. Kulħadd huwa mistieden li jattendi u d-dħul huwa minngħajr ħlas.

 

Taħdida fuq Ġianni Vella - Għaqda Kulturali Wirt Naxxari - 29 ta' April

L-Għaqda Kulturali Wirt Naxxari ser torganizza taħdida fuq Ġianni Vella ġewwa s-Sala Marija Bambina nhar it-Tnejn 29 ta' April fis-7:30pm. It -taħdida ser issir minn Dr. Christian Attard. Titilfux din l-opportunita u nħeġġukom sabiex tħajru lil-ħbieb tagħkom wkoll. 

 

Rokna Mużikali - 3 ta' Mejju

Nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Mejju fis-7:30pm fis-Sala Marija Bambina ser tittella' rokna mużikali mill-istudenti u mużiċisti tal-Banda Peace biex jesponu t-talenti tagħhom lill-udjenza preżenti. 

 

English Breakfast - 7 ta' Mejju

Nhar it-Tlieta, 7 ta' Mejju fid-9:00am ser jiġi organizzat 'English Breakfast' fis-Sala Marija Bambina mill-membri tal-Kummissjoni Nisa. Kull minn huwa nteressat jattendi huwa ġentilment mitlub jibbukja minn OTTO Clubhouse jew billi tikkuntatjawna fuq il-midja soċjali. 

Ikla Ribs - Attivita' b'risq il-Festa - 11 ta' Mejju

Nhar is-Sibt 11 ta' Mejju fis-Sala Marija Bambina ser tittellgħa attivita b'risq il-Festa - Ikla Ribs. Ser inkunu qiegħdin insegwu LIVE mis-sala l-Eurovision Song Contest. L-ikel jikkonsisti minn starter - bruschetta; main course - Ribs jew Half Chicken; u deżerta. 

...aktar Attivitajiet
VisitMalta
Browns - Sponsorship
Beko - Triple A Luqa -  Sponsorship
Reġjun Tramuntana - Sponsorship
CE Installations - Sponsorship

Kont taf li ...

Minn kien Mons. Fr Richard Borg B.A., Lic.D.?

Minn kien Mons Fr Richard Borg B.A., Lic.D.? Twieled nhar is-7 ta’ Ottubru 1948 fin-Naxxar minn Saviour Borg u Marianne nee Camilleri. Studja fl-iskola Primarja tal-Gvern fin-Naxxar u ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fis-Seminarju tal-Arċisqof fil-Floriana. Wara kompla l-istudju terzjarju fl-Università ta’ Malta bejn l-1967 u l-1974 fejn fl-1970 kiseb il-grad ta’ Baċellerat , B.A.Gen., fil-Filosofija, fil-lingwa Ingliża u f’dik Taljana, u fl-1974 kiseb il-Liċenzjat. Lic.D., fl-istudji Teoloġiċi ....

Il-Banda La Pace 122 sena ilu daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?

Int kont taf li l-Banda Peace (dak iż-żmien La Pace) madwar 122 sena ilu kienet ħadet sehem fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria?  

Kien nhar il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju, 1897, meta il-Banda tagħna, li dak iż-żmien kienet tissejjaħ ‘La Pace’, daqqet fil-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria ma’ 32 banda oħra matul Strada Reale sa Pjazza Teżorerija, fil-Belt Valletta.

65 sena ilu, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tas-Soċjeta'

Kont taf li 65 sena ilu... fl-1953, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tas-Soċjetà “Il-Paċi”, kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Salvatore Schembri minn-Naxxar. Tkanta mal-Banda l-ewwel darba fl-1990 bil-versi ta’ Dun Anton Sciberras.

80 sena ilu, l-isem tal-Banda nqaleb mit-Taljan għal Ingliż?

Kontu tafu li propju 80 sena ilu fis-Seduta Ġenerali li nżammet f'Jannar, 1938, l-isem tal-Banda 'La Pace' nqaleb mit-Taljan għall-Ingliż biex sar 'PEACE BAND CLUB'? Fis-seduta ta' wara, il-membri tal-Kumitat, iddeċidew li jagħmlu bandiera ġdida bl-arma u l-isem tal-Każin. Il-Bandiera kien ħadimha s-sur Salvatore Pirotta bla ħlas.

Ben Camille qatta t-tfulija u għex fin-Naxxar għal 20 sena?

Iddeċidejna li minn din is-sena nibdew intukom siltiet qosra li jinżlu tajjeb magħkom dwar personalitajiet li jgħixu fin-Naxxar jew li huma minn hawn. Bdejna bil-personalità maħbuba BEN CAMILLE. Forsi tistaqsu: mela Ben min-Naxxar?

Kellimt  lil  Ben  u  qalli  li  m'għadux  joqgħod  fin-Naxxar għaliex  iżżewweġ,  imma jimmissjah immensu jqisu bħala r-raħal li fih għex twelidu u qatta' iktar minn 20 sena jgħix fih.

...Aqra' aktar artikli