Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 6 ta’ Mejju 2022
Nhar il-Ġimgħa 6 ta' Mejju fis-7:30pm ser tittella' serata oħra ta' Rokna Mużikali fejn ser nagħtu spazju għall-Istudenti u Mużiċisti tal-Banda Peace biex jesponu t-talenti tagħhom. Din is-serata ser tiġi mtellgħa fis-Sala Marija Bambina f'Palazzo Vittoria.
Dan il-kunċert huwa parti minn proġett ko-finanzjat minn Aġenzija Żgħażagħ fis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 30 ta’ April 2022