Ikla Fniek - 28 ta' Jannar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 28 ta’ Jannar 2023

Nhar is-Sibt, 28 ta' Jannar fit-8:00pm ser tiġi organizzata l-ewwel ikla tas-sena fis-Sala Marija Bambina. Ser tiġi organizzata ikla fniek fejn ser ikun hemm appetizers, spaghetti biz-zalza tal-fenek, fenek jew tiġieġ u deżerta.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tħeġġeġ lil kullħadd sabiex jattendi biex b'hekk inkunu qiegħdin ngħinu lis-Soċjeta' twettaq proġetti ġodda fil-każin.

Kull minn huwa nteressat sabiex jattendi huwa ġentilment mitlub jibbukja minn OTTO Clubhouse jew mal-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Soċjeta' Peace ft. Glenn Vella

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar 2023