Tnedija ta' CD ta' Marċi Brijjużi

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 9 ta’ Lulju 2017

Din is-sena s-Soċjeta' Mużikali Peace qiegħda tiċċelebra bosta anniversarji prestiġużi fejn fosthom insibu  l-100 sena anniversarju f'Palazzo Vittoria (1917 - 2017), il-155 sena mit-twaqqif tal-Banda Peace, u l-125 anniversarju minn mindu twaqqfet għal l-ewwel darba l-Banda "Soċjeta' Filarmonika La Pace". F'dawn l-anniversarji hekk sbieħ speċjalment fl-ewwel ċentinarju tad-dħul tal-banda f'Palazzo Vittoria, l-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni Banda, Surmastrijiet u Bandisti tas-Soċjeta' ħadmu kollha flimkien sabiex nhar il-Ħadd 9 ta' Lulju ser tiġi mnedija CD ta' Marċi Brijjużi ġodda w oħrajn antiki mill-Banda Peace tan-Naxxar.

Nhar il-Ħadd, 9 ta' Lulju fl-10:00am f'OTTO Clubhouse ser tiġi nnawgurata għal l-ewwel darba c-CD il-ġdida ta' Marċi Brijjużi fejn nsibu marċi ta' Lino Pirotta, Joseph Chircop, Emmanuel Giordimaina, Raymond Sciberras, Vincenzo Ciappara, Joseph Azzopardi, Nikola Montebello, Joseph Busuttil, Vittorio Xerri, Salvatore Schembri, Angelo Pullicino, Kyle Pirotta u Ryan Cauchi. Dawn tal-aħħar, Kyle u Ryan ħadu ħsieb ukoll li jagħmlu wkoll xi arranġamenti ta' marċi antiki.

Il-Kumitat flimkien mal-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjeta' jixtiequ jistidnuwkhom sabiex tinngħaqdu magħna nhar il-Ħadd, 9 ta' Lulju għal innawgurazjoni ta' dan ic-CD li ġo fiħ jinsabu marċi biss esklusivi tal-Banda Peace.

Narawkhom u Grazzi tal-appoġġ li dejjem sibna minngħandkom.

Kulħadd huwa Mistieden sabiex jattendi!

Filmat: Innu tal-Banda Peace - La Pace mis-surmast Salvatore Schembri

Dan il-marċ kien ġie rrekordjat flimkien mal-kor tal-Knisja Arċipretarja tan-Naxxar

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ġunju 2017