FESTA: Ħruġ minn Niċċa tal-Istatwa ta' Marija Bambina - 28 ta' Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: It-Tnejn, 28 ta’ Awwissu 2017

Ninsabu biss ftit ġranet il-bogħod mill-ftuħ tal-Festa 2017. Nhar it-Tnejn 28 ta' Awwissu fis-7:15pm, il-banda Peace bħal kull sena bi privileġġ u unur kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-Ħruġ tal-Istatwa ta' Marija Bambina minn-Niċċa. Wara l-quddiesa, l-BANDA PEACE tiftaħ il-Festa b'Marċ li jibda mill-Kappella ta' San Ġakbu, għal Triq il-Markiż Scicluna sal-Pjazza fejn tilqa' l-istatwa fil-bieb tal-Knisja. Wara ċ-ċelebrazzjoni jkun hemm Marċ Brijjuż fil-Pjazza u Vjal ix-Xogħol.

L-Innu Ta' Marija Bambina - Naxxar - 'O Tfajla Mmakulata' miktub mill-qatt minsi Mro.Ferdinando Camilleri (100 sena anniversarju)

Dan huwa l-innu popolari tal-Bambina fin-Naxxar bl-isem "O Tfajla Mmakulata". Dan l-innu ġie miktub mill-qatt minsi Mro. Ferdinando Camilleri li kien surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917-1922. L-istess surmast kiteb dan l-Innu sabiex ikun jista jindaqq mill-Banda Peace fil-Festa ta' Marija Bambina ġewwa n-Naxxar. Dan ifisser li dan l-innu ilu miktub madwar 95 - 100 sena ilu.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu 2017