FESTA: Riċeviment tal-Festa - 1 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru 2017

Nhar il-Ġimgħa 1 ta' Settembru ser isir ir-Riċeviment annwali tal-Festa ġewwa s-Sala Marija Bambina fejn jiġu rregalati d-donazzjonijiet. Fl-istess attivita' jiġu mħabbra proġetti ġodda li s-Soċjeta' tagħna tkun ser taħdem fuqhom din is-sena. Fir-riċeviment huma mistednin il-membri, bandisti u soċji kollha ta' din is-Soċjeta'.

Ritratt: Is-sur Segretarju, s-sur Matthew Pullicino u l-Viċi President, s-sur Edward Azzopardi flimkien mal-Onorevoli Dr. Edward Scicluna.

Filmat: L-Innu tal-Banda Peace

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 29 ta’ Awwissu 2017