FESTA: Jum il-Festa - Purċissjoni

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 8 ta’ Settembru 2017

Nhar il-Ġimgħa 8 ta' Settembru propju f'jum il-Festa, l-BANDA PEACE b'unur u privileġġ kbir ser tkun qiegħda takkumpanja lill-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina mat-toroq Naxxarin. Il-BANDA PEACE ser tibda ddoqq fis-18:45 fil-purċissjoni b'daqq ta' innijiet Marjani tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. X'ħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-BANDA PEACE issellem lill-Bambina bl-Ave Marija tas-Surmast Ġużeppi Fenech minn fuq il-planċier.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 6 ta’ Settembru 2017