FESTA: Id-Dħul fin-Niċċa tal-Istatwa Titulari ta' Marija Bambina - Nhar il-Ħadd 17 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 13 ta’ Settembru 2017

Nhar il-Ħadd 17 ta' Settembru, ser isir id-dħul tal-istatwa ta' Ommna Marija lura fin-Niċċa fejn dakinhar ser inkunu qiegħdin uffiċjalment ntemmu l-Festa 2017 li b'wiċċna minn quddiem nistaw ngħidu li kienet Festa ferm positiva għas Soċjeta' tagħna. Id-Dħul fin-Niċċa jsir wara l-quddies tas-6:30pm, għalhekk nħeġġu lin-Naxxarin kollha speċjalment lill-Partitarji tagħna sabiex jattendu għal aħħar tislima lill Ommna Marija għal din is-sena. 

 

Id-Dħul tal-Istatwa Titulari ta' Marija Bambina fin-Niċċa - (Sena 2015)

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 13 ta’ Settembru 2017