F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.
Inħeġġeġ lil kulħadd iżomm lill-familjari fil-ħsieb u t-talb tagħkom bħala sapport lejn din il-familja li tant taħdem għall-festa u tħobb lis-Soċjeta' tagħna.
F'isem il-Kumitat Ċentrali u l-membri tal-Kummissjonijiet, nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familja Bugeja f'dan il-mument ferm diffiċli. Kurraġġ!
Strieħ fis-sliem ħabib!
Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru 2017