Data tal-Attivita: Is-Sibt, 7 ta’ Lulju 2018
Hekk kif qiegħda toqrob il-Festa l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw BBQ fl-Oratorju fis-7 ta' Lulju li jaħbat propju l-Ewwel Sibt tal-Bambina.
Il-BBQ jibda fit-8:00pm. L-ikel ser jkun mqassam hekk: Appetizers, Mixed Grill u Dezerta.
Il-Bookings qiegħdin jittieħdu mingħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ jew minn OTTO Clubhouse. Għal aktar informazzjoni, tistaw tibgħatu messaġġ fuq il-paġna ta' Facebook.
Nixtiequ ninfurmawkhom li dan il-BBQ ser ikun b'risq il-Festa għażiża tagħna ta' Marija Bambina 2018.
Id-diska tas-Soċjeta' Mużikali Peace
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 17 ta’ Ġunju 2018