L-Ewwel Sibt tal-Bambina - Imniedi l-Facebook Frame tal-Festa 2018

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 7 ta' Lulju jaħbat l-Ewwel Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina 2018. Għal bidu ta' din il-Festa s-Soċjeta' Mużikali Peace ħasbet sabiex tniedi Facebook Frame. 

Din il-Facebook feature saret bil-għan li dawk kollha li għandom għal qalbhom il-Festa ta' Marija Bambina tan-Naxxar, b'mod speċjali lill-partitarji tas-Soċjeta' tagħna jużaw din il-feature u japplikawha fir-ritratt tal-profil tagħhom. Din l-istess feature tista tintuża ukoll waqt li tkunu qiegħdin tiġbdu xi ritratt jew filmat minn fuq il-mobiles u tablets tagħkom.

Inħeġġu lill-partitarji sabiex jagħmlu użu minn din il-feature. Bħal ma nagħmlu kull sena, nħeġġukom sabiex itellaw l-bnadar fuq il-bjut tagħkom matul dawn id-disa' Sibtijiet li ġejjin li jwassluna għal Festa tant għażiża tagħna ta' Marija Bambina.

Lill-Omm tagħna Marija Bambina,

O Sultana tal-Paċi nsellmulek.

F'dawn il-ġranet tal-Festa Sajfija,

Minn qiegħ qalbna bil-qima ngħannulek.

 

Filmat: L-uniku Innu Marċ iddedikat lill-Bambina Sultana tal-Paċi

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 7 ta’ Lulju 2018