Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 22 ta’ Lulju 2018
Nhar il-Hadd 22 ta' Lulju, l-Banda Peace ser iddoqq ġewwa ż-Żurrieq għal Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Banda ser tibda ddoqq fis-6:00pm b'daqq ta' marċi brijjużi mat-toroq taż-Żurrieq. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda tassisti l-ħruġ u d-dħul tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu b'daqq ta' Ave Maria.
Minn hawnhekk, nixtiequ nawguraw liż-Żrieraq kollha, l-Festa t-Tajba!
Filmat: Marċ Brijjuż tal-Maġġur Anthony Aquilina bl-isem 'Fiesta'
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 18 ta’ Lulju 2018