Servizz Mużikali ġewwa l-Imqabba għal Festa ta' Santa Marija - 15 ta' Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 15 ta’ Awwissu 2018

Nhar l-Erbgħa 15 ta' Awwissu, l-banda Peace ġiet mistiedna għal sena oħra sabiex iddoqq ġewwa l-Imqabba għal-Festa ta' Santa Marija. Il-banda Peace ser tkun qiegħda takkumpanja l-purċissjoni b'daqq ta' innijiet Marjani u marċi brijjużi. Minn hawnhekk nixtiequ naħtfu l-opportunita' sabiex nawguraw il-Festa t-Tajba lill-Imqabbin kollha.

 

Filmat: Il-marċ brijjuż l-Agrigento ta' Mro. Andrew Coleiro

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 21 ta’ Lulju 2018