FESTA: Is-Sibt, 1 ta' Settembru... Il-FESTA taż-Żgħażagħ! BLUE GATHERING PARTY

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 1 ta’ Settembru 2018

Waslet il-Festa u żgur li ż-żgħażagħ, l-partitarji, s-soċji, l-bandisti u l-ħbieb tas-Soċjeta' ta' kull sena jkunu qiegħdin jistennew bi ħġarom il-Party ta' qabel il-Festa, il-BLUE GATHERING - Special Festa Edition. Wara s-suċċess kbir li kelna s-sena l-oħra fil-Blue Gathering, għat-Tieni sena' konsekuttiva s-Soċjeta' tagħna ser terġa tistieden lid-Deejay popolari RYAN SPITERI sabiex idoqq ġewwa OTTO Clubhouse mid-9:00pm il-quddiem. 

Nixtiequ nħeġġu lill-dawk il-partitarji, ħbieb, soċji u bandisti sabiex jattendu għal din l-attivita' sabiex flimkien nagħtu bidu għal Festa kbira tan-Naxxarin.

Filmati mill-Blue Gathering tas-sena 2017 li kien SUĊĊESS!





Għal aktar ritratti u filmati tal-Blue Gathering tas-sena 2018, tistaw żżuru hawn: Gallery Album: FESTA: Blue Gathering Pre-FEAST Party 2 with DJ.Ryan Spiteri - 2 ta' Settembru 2017

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 2 ta’ Awwissu 2018