Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 7 ta’ Settembru 2018
Waslet il-Festa... Nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Settembru fid-9:30pm bħal kull sena l-Banda Peace ser tkun qiegħda tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali fuq il-planċier MAESTUŻ tas-Soċjeta' li huwa UNIKU fir-raħal tagħna. Il-Banda Peace ser tkun taħt id-direzjoni tas-Surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta. Din il-Festa Mużikali ser tittella' flimkien ma' Mro. Joseph Chircop, Clifford Galea, Mary Spiteri u Mike Spiteri.
Nixtiequ nħeġġu lill dawk kollha li għandom għal qalbom il-mużika, sabiex nhar il-Ġimgħa 9 ta' Settembru jiġu l-Pjazza u jgawdu dan l-ispettaklu li sena wara sena dejjem intlaqa' tajjeb ħafna. Inħeġġukom tkunu hemmhekk kmieni fid-9:00pm sabiex tilħqu post bilqiegħda.
Grazzi.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 7 ta’ Awwissu 2018