FESTA: Il-BANDA PEACE ddoqq waqt il-PURĊISSJONI tal-FESTA TA' MARIJA BAMBINA - 8 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018

Waslet il-FESTA.... Nhar is-Sibt 8 ta' Settembru, l-BANDA PEACE għal sena oħra ser terġa takkumpanja b'UNUR u PRIVILEĠĠ kbir l-istatwa tant għal qalb in-NAXXARIN, l-istatwa titulari ta' Marija Bambina. Il-Banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq matul il-PURĊISSJONI kollha l-INNIJIET Marjani u Popolari tas-Soċjeta' tagħna. Il-Banda umbat tagħlaq il-Festa b'daqq ta' AVE MARIA minn fuq il-Planċier tal-każin. 

Nixtiequ nħeġġu lin-Naxxarin kollha sabiex jattendu għal Purċissjoni bi ħġarhom mall-Banda tagħna ħalli b'hekk nsellmu l-Patruna kbira tagħna, Marija Bambina.

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.

L-Innu Popolari O Tfajla Mmakulata miktub minn Mro. Ferdinando Camilleri, jindaqq mill-'Peace Band Club' u jitkanta mil-kor 'The New Choral Singers'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 8 ta’ Awwissu 2018


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify