FESTA: FESTA BRIJJUŻA. Marċ tat-Tieni jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 5 ta’ Settembru 2018

Il-5 ta' Settembru saret ġurnata wisq mistennija minn-Naxxarin kollha għaliex iż-żgħażagħ u partitarji tas-Soċjeta' jħejju marċ brijjuż b'daqq ta' Marċi Brijjużi mat-toroq Naxxarin fejn fl-10:00pm il-banda tidħol fil-pjazza għal marċ brijjuż fost il-brijju tal-partitarji qalbiena tagħna. Fost il-brijju mill-isbaħ, ser nassistu għat-tlugħ tal-istatwa li din is-sena ser tkun qiegħda tittella' fil-gallarija prinċipali tal-każin fejn ser tkun qiegħda tispikka mad-dissin il-ġdid tal-faċċata. Fost bosta spettaklu, ser jintwera' Feature b'ispettaklu garantit, u spettaklu uniku fir-raħal tagħna b'sinkornozar sabiħ ta' karti, nar u effetti tad-dawl. Għalhekk nixtiequ nħeġġu lil membri, partitarji u ħbieb ta' din is-Soċjeta' sabiex fil-5 ta' Settembru jinngħaqdu magħna sabiex dan il-Marċ nibqaw nkabrulu l-popolarita'. 

Aktar dettalji fuq dan il-jum ferm mistenni jittellgħu aktar tard. Żżommu ruħkom aġġornati għal aktar informazzjoni. 

GRAZZI!

Filmat: Parti mill-ispettaklu ta' nar, karti u dawl li kien hemm fil-Festa 2017 ġewwa l-Pjazza fil-5 ta' Settembru

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 19 ta’ Awwissu 2018


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify