Data tal-Attivita: Is-Sibt, 15 ta’ Settembru 2018
Nhar is-Sibt, 15 ta' Settembru fis-6:30pm ser isir id-dħul tal-istatwa artistika ta' Marija Bambina lura fin-niċċa. Hekk kif ftaħna din il-Festa mill-isbaħ, nispiċċawha permezz tal-Quddiesa b'ringrazzjament lil Ommna Marija. Wara l-quddiesa, ssir purċissjoni qasira ġewwa l-knisja san-niċċa fejn hemmhekk isir id-dħul tal-istatwa fin-niċċa.
Is-Soċjeta' Mużikali Peace tixtieq tħeġġeġ lin-Naxxarin kollha, speċjalment lill-partitarji u żgħażagħ tas-Soċjeta' tagħna sabiex jattendu bi ħġarhom għal din l-aħħar attivita' tal-Festa 2018.
O Bambina - kollok glorja,
Bħal Reġina - inberkuk,
Biex tgħannina - bil-Vittorja,
Omm ħanina - nitolbuk.
Filmat: L-Antifona ta' Marija Bambina | Naxxar - 'Gloriosae Virginis'
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 10 ta’ Settembru 2018