Kunċert Strumentali ġewwa t-Teatru Manoel - 2 ta' Diċembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 2 ta' Diċembru 2018

Il-banda Peace ser ittellgħa Kunċert Strumentali nhar il-Ħadd, 2 ta' Diċembru fl-okkażjoni tal-Festa ta' Santa Ċeċilja ġewwa l-eqdem Teatru fl-Ewropa, t-Teatru Manoel. Dan il-kunċert ser isir taħt il-patroċinju distint tal-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta.

Dan il-Kunċert ser ikun mqassam fuq mużika ta' livell għoli li s-soltu nisimaw minn din il-banda u l-banda ser tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta. Dan il-Kunċert ser ikun mtellgħa b'kollaborazjoni mal-Għaqda Każini tal-Baned.

Kull minn għandu għal qalbu l-mużika u l-banda tagħna, jista ġentilment jibbukja l-biljetti minn info@bandapeacenaxxar.com, jew ċemplu fuq 7926 6106. Nixtiequ ninfurmawkhom li l-biljetti huma bla ħlas.

Inħeġġiġkom iżommu ruħkom aġġornati ma' dan is-sit għal aktar tagħrif fuq dan il-Kunċert Strumentali.

 

Promo: Kunċert Strumentali mill-Banda Peace ġewwa t-Teatru Manoel - 2 ta' Diċembru 2018

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 6 ta' Novembru 2018