Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 26 ta’ Diċembru 2018
Is-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mal-Kunsill Lokali tan-Naxxar ser ittellaw Wirja ta' Arti mill-isbaħ bix-xogħlijiet tal-artist Edward Azzopardi fejn ser ikun qiegħed jessebixxi x-xogħol kollu li huwa għamel lill din is-Soċjeta' b'mod volontarju nkluż id-dissinn tal-faċċata kollosali li żżanżnet din is-sena fil-Festa 2018. Għalhekk nixtiequ nħeġġu lill dawk kollha li għandom għal qalbom l-arti, sabiex minn nhar l-Erbgħa 19 ta' Diċembru sa nhar il-Ħadd 26 ta' Diċembru jaslu wasla sal-każin sabiex ikunu jistaw jaraw u japprezzaw din l-arti. Id-dħul huwa bla ħlas.
Il-Ftuħ Uffiċjali ta' din il-wirja ser isir nhar l-Erbgħa 19 ta' Diċembru fit-8:00pm.
Il-Ħamis u l-Ġimgħa: 18:00 - 21:00
Is-Sibt: 18:00 - 23:00
Il-Ħadd: 15:00 - 20:00
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 26 ta’ Novembru 2018