Data tal-Attivita: Is-Sibt, 23 ta’ Frar 2019
Nhar is-Sibt, 23 ta' Frar, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' ser jorganizzaw it-tieni ikla din is-sena b'risq il-Festa ta' Ommna Marija Bambina. Din id-darba bħala main course ser ikollna għażla bejn ħaruf il-forn jew tiġieġ. Għalhekk qiegħdin nistednuwkhom sabiex tinngħaqdu flimkien magħna ġewwa s-Sala Marija Bambina għal din l-ikla.
L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Soppa, Main Course: Ħaruf il-Forn jew Tiġieġ u Deżerta.
Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġikom sabiex ma tħallux għall-aħħar!
Grazzi mill-qalb f'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ.
Filmat: Marċ Brijjuż ta' Mro. Andrew Coleiro
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 11 ta’ Frar 2019