Nhar l-Erbgħa tat-Tniebri - Kunċert Ġenerali ta' Marċi Funebri miftuħ għal pubbliku - 17 ta' April

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 17 ta’ April 2019

Nhar l-Erbgħa 17 t' April fis-7:00pm ser jittellgħa l-aħħar kunċert Ġenerali ta' marċi funebri qabel il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Nixtieq infakkarkhom li din is-sena l-Banda Peace ħarġet CD ġdida ta' marċi funebri fejn ġew irrekordjati sett ta' Marċi Funebri li ġew miktubin esklussivament għal Banda Peace. Uħud minn dawn il-marċi funebri ser jindaqqu nhar l-Erbgħa tat-Tniebri waqt dan il-Kunċert Ġenerali kif ukoll f'jum il-Ġimgħa l-Kbira matul il-purċissjoni fejn il-banda Peace ser tkun qiegħda ddoqq quddiem il-vara l-Kbira. Minn hawnhekk nixtieq nħeggeg lil dawk kollha dilettanti tal-marċi funebri sabiex nhar l-Erbgħa tat-Tniebri fis-7:00pm jasal wasla sas-Sala Mużikali fil-każin sabiex ikun jista jisma s-sett sħiħ ta' marċi funebri.

 

Filmat: Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - CD Ġdida ta' Marċi Funebri mill-Banda Peace (Teaser)

Għal aktar informazzjoni fuq dan ic-CD, għafsu fuq dan il-link: CD ġdida ta' Marċi Funebri - Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment"

Ritratt: Il-Kurċifiss maħdum mill-artist Edward Azzopardi li jintrama mall-gallarija tal-każin fil-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 9 ta’ April 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify