Data tal-Attivita: Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2019
Hekk kif għaddiet il-Festa 2019, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' bdiet taħseb diġa għal Festa 2020 u sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-Kummissjoni Żgħażagħ ikollna dejjem bżonn l-għajnuna qalbiena tagħkom. Għalhekk qiegħdin nistednuwkhom sabiex nhar is-Sibt, 26 ta' Ottubru fit-8pm ġewwa s-Sala Marija Bambina, tinngħaqdu flimkien magħna għal ikla fenek jew tiġieġ.
L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Spagetti tal-Fenek, Main Course: Fenek jew Tiġieġ u deżerta.
Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġikom sabiex ma tħallux għall-aħħar!
Grazzi mill-qalb f'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ.
Aġġornament:
L-ikla ġiet pposposta mis-Sibt 19 ta' Ottubru għas-Sibt 26 ta' Ottubru. Grazzi tal-kooperazjoni tagħkom.
Feature fuq il-25 sena Kummissjoni Żgħażagħ
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru 2019