B’niket inħabbru l-mewt tas-Sur 𝗝𝗼𝘀𝗲𝗽𝗵 𝗖𝗼𝗿𝘁𝗶𝘀 L-aħħar Aġġornament: 13/06/2024 B’niket inħabbru l-mewt tas-Sur 𝗝𝗼𝘀𝗲𝗽𝗵 𝗖𝗼𝗿𝘁𝗶𝘀. Bandist eżemplari u ta' rispett kbir li għal snin twal, sa kemm felaħ, ta servizz leali lis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Kien mużiċist fejn kien jattendi kull kunċert ta' prova u int u tiela t-taraġ tal-każin kont tisma lill Joe jippratika l-mużika bid-daqq tal-Euphonium qabel il-bidu tal-kunċert. Grazzi Joe tal-pariri kollha li tgħajtna. L-aħħar tislima lil Joseph Cortis ħa ssir fil-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parrokkjali ta' San Pawl tar-Rabat, nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Ġunju, fl-4:00pm.
PROSIT u AWGURI lin-NAXXAR LIONS! L-aħħar Aġġornament: 29/04/2024 Naxxar Lions nhar il-Ħadd 28 ta' Marzu kkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier wara li għelbu lit-tim tal-Valletta bl-iskor ta' 4-0. Għalkemm il-klabb tan-Naxxar għadhu għaddej minn sfidi kbar bla dubju ta' xejn dan it-tim din is-sena minngħajr l-ebda ddaqq ta trombi ħadem b'għaqal u b'determinazzjoni kbira sabiex llkoll flimkien laħqu dan it-tragward ferm misħoqq sabiex is-sena d-dieħla t-tim tagħna jerġa jilgħab fl-għola kampjonat tal-futbol Malti. Nawguraw lill-klabb Naxxari kull suċċess fil-ġejjieni.
Jinħatru l-Viċi President u l-Viċi Segretarja ġodda fil-Kumitat Eżekuttiv - Prosit u Awguri L-aħħar Aġġornament: 21/04/2024 Waqt seduta tal-Kumitat li saret fl-1 ta' April, il-President Edward Azzopardi appunta lil Wayne Formosa bħala Viċi President kif ukoll lil Maria Fenech bħala Assistenta Segretarju tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar. Prosit u awguri għal aktar suċċess.
L-Għid it-Tajjeb lill-kulħadd L-aħħar Aġġornament: 31/03/2024 Il-President u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet, tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar jawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-Kulħadd!
Ikel ta' Żmien il-Ġimgħa Mqaddsa L-aħħar Aġġornament: 28/03/2024 Il-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda tbiegħ ikel tradizzjonali tal-Ġimgħa Mqaddsa fosthom Qagħaq tal-Appostli, Sfineġ, Figolli, Figollini, Kwareżimali, Żeppoli u 'Hot Cross Buns'.
Ejja Tgħallem il-MUŻIKA - Come and learn MUSIC with us L-aħħar Aġġornament: 16/03/2024 Is-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar toffri tagħlim tal-Mużika bla ħlas, kemm fil-prattika u teorija minn għalliema professjonali. The Peace Band Club of Naxxar offers free music lessons, both in practice and theory from professional teachers.