Ejja Tgħallem il-MUŻIKA - Come and learn MUSIC with us L-aħħar Aġġornament: 16/03/2024 Is-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar toffri tagħlim tal-Mużika bla ħlas, kemm fil-prattika u teorija minn għalliema professjonali. The Peace Band Club of Naxxar offers free music lessons, both in practice and theory from professional teachers.
Tinġabar is-somma ta' €𝟯𝟬𝟬 b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation L-aħħar Aġġornament: 10/03/2024 Matul l-attività 𝗦𝗻𝗼𝗼𝗸𝗲𝗿 𝗙𝗼𝗿 𝗖𝗵𝗮𝗿𝗶𝘁𝘆 b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation inġabret is-somma ta' €𝟯𝟬𝟬. Grazzi
Akkwistaw bolol kommemorattivi tas-Soċjeta' L-aħħar Aġġornament: 23/01/2024 Fadal ammont limitat ta' bolol kommemorattivi tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar li jistgħu jiġu akkwistati għal 𝗱𝗼𝗻𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗶 𝘁𝗮’ €𝟮𝟬 minn OTTO Clubhouse.
Awguri għall-Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq L-aħħar Aġġornament: 29/12/2023 Il-President Edward Azzopardi u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq. The President, Committee and Commissions of the Peace Band Club of Naxxar, wish you all a merry Christmas and a happy New Year full of Peace and Joyfulness.
Reġistrazzjoni tas-Soċji 2024 L-aħħar Aġġornament: 18/12/2023 Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jinfurmakhom li kull nhar ta' Ħadd filgħodu f'OTTO Clubhouse ser tkun għaddejja r-reġistrazzjoni tas-Soċji 2024. Kull minn jixtieq jissieħeb mal-Ewwel Banda Naxxarijja jista jagħmel dan għal €15 fis-sena. Grazzi!
𝗣𝗶𝗻𝗸 𝗢𝗰𝘁𝗼𝗯𝗲𝗿 𝗕𝗮𝗸𝗲 𝗦𝗮𝗹𝗲 b'risq Action For Breast Cancer Foundation Malta L-aħħar Aġġornament: 18/12/2023 Fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Żgħażagħ għaddiet id-donazzjoni miġbura waqt il-Pink October Bake Sale b'risq Action For Breast Cancer Foundation Malta. Nirringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom.