Donazzjonijiet b'risq l-Istrina - GRAZZI L-aħħar Aġġornament: 27/12/2022 Nirringrazzjaw lil dawk kollha li tawna d-donazzjonijiet b’risq L-istrina. Is-Somma totali miġbura mis-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar kienet ta’ €1,000. 𝗚𝗥𝗔𝗭𝗭𝗜!
Messaġġ għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena L-aħħar Aġġornament: 27/12/2022 Messaġġ għal żmien 𝗶𝗹-𝗠𝗶𝗹𝗶𝗲𝗱 𝘂 𝗹-𝗘𝘄𝘄𝗲𝗹 𝘁𝗮𝘀-𝗦𝗲𝗻𝗮 mill-President tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, is-Sur Edward Azzopardi. Nawguraw lilek u lill-familja tiegħek, Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija risq u PAĊI.
Nifirħu lis-Surmast Direttur - Ġieħ in-Naxxar L-aħħar Aġġornament: 27/12/2022 F’isem il-President, is-Sur Edward Azzopardi u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar nifirħu lis-Surmast Direttur, Lino Pirotta, għall-unur ‘Ġieħ in-Naxxar’ li ngħata llejla waqt serata mtela mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, fl-okkażjoni ta’ 𝗝𝘂𝗺 𝗜𝗻-𝗡𝗮𝘅𝘅𝗮𝗿.
Reġistrazzjoni tas-Soċji 2023 L-aħħar Aġġornament: 15/12/2022 Il-Kumitat jixtieq javzakom li minn nhar il-Ħadd, 4 ta' Diċembru f'OTTO Clubhouse tista tissieħeb magħna bħala soċju mal-Ewwel Banda Naxxarijja. Dawk kollha li huma diġa soċji jistgħu jġeddu t-tessera għas sena 2023. Grazzi.
Bejgħ ta' Poinsettia b'Risq il-Proġetti tal-Każin L-aħħar Aġġornament: 24/11/2022 Din is-sena s-Soċjeta' ser tkun qiegħda tbiegħ l-pjanta sinonima mal-Milied, l-Poinsettia mill-każin. Sabiex tordna ponsettia int ġentilment mitlub sabiex tikkuntatja lill-Anthony Deguara fuq 79 9605 20 jew mill-paġna tal-facebook. Jinġabru mill-każin jew Free Delivery meta tordnaw tnejn jew aktar.
BOOK NOW: A Night at the Movies L-aħħar Aġġornament: 16/11/2022 Nixtiequ ninfurmawkom li l-bookings għas-serata Mużikali 'A Night at the Movies' li ser tittellgħa nhar is-Sibt 3 ta' Diċembru fit-8:30pm ġewwa l-Malta Aviation Museum huma miftuħin.