Inawgurazzjoni ta' Proġetti mportanti - 19 ta' Frar minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 26 ta' Frar 2021 Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar, 2021 fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, saret l-inawgurazzjoni ta’ erba’ proġetti importanti, li ġew ko-finanzjati mill-gvern jew entitajiet oħra. Aqra aktar: Inawgurazzjoni ta' Proġetti mportanti - 19 ta' Frar
Reġistrazzjoni tas-Soċji 2021 minn nhar il-Ħadd, 6 ta' Diċembru 'l quddiem minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 3 ta' Diċembru 2020 Minn nhar il-Ħadd, 6 ta' Diċembru, l-membri tal-Kumitat Ċentrali ser ikunu qiegħdin f'OTTO Clubhouse sabiex tkunu tistaw tirreġistraw bħala Soċji għas sena 2021. Għalhekk inħeġġukom sabiex minn nhar il-Ħadd 6 ta' Diċembru l-quddiem taslu wasla sa' OTTO Clubhouse sabiex iġġeddu t-tessera tagħkom jew tissieħbu għal ewwel darba mal-ewwel banda Naxxarijja. Aqra aktar: Reġistrazzjoni tas-Soċji 2021 minn nhar il-Ħadd, 6 ta' Diċembru 'l quddiem
Larinġ ta' Malta għall-bejgħ mill-Każin minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 3 ta' Diċembru 2020 Il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' għal sena oħra ser ikunu qiegħdin ibiegħu l-larinġ ta' Malta kull nhar ta' Ħadd mis-7:00am 'l quddiem minn ġol-każin. Għal ordnijiet tistaw tikkuntatjaw lis-sur Christian Zammit fuq 7922 1224. Aqra aktar: Larinġ ta' Malta għall-bejgħ mill-Każin
Bejgħ ta' Poinsettia b'risq il-Proġetti tal-Każin minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 18 ta' Novembru 2020 Dan il-Milied, ordna l-Poinsettia tiegħek mis-Soċjeta' Mużikali Peace u tkun qiegħed tgħin biex is-Soċjeta' tkompli twettaq proġetti ġodda u tkompli tkabbar il-kwalita fit-tagħlim tal-mużika b'xejn. Grazzi Aqra aktar: Bejgħ ta' Poinsettia b'risq il-Proġetti tal-Każin
Jibda x-xahar t'Ottubru ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 8 ta' Ottubru 2020 Ix-xahar t'Ottubru beda' u għal ħafna devoti tal-Madonna, x-xahar ta' Ottubru huwa dejjem wieħed speċjali għaliex huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk, huma bosta nies li matul ix-xahar t'Ottubru jagħżlu li jesprimu d-devozjoni Marjana tagħhom permezz tat-talba tar-Rużarju. Aqra aktar: Jibda x-xahar t'Ottubru ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju
Ingħaqdu Magħna - Kummissjoni Żgħażagħ minn Kevin Agius| L-aħħar aġġornament: 5 ta' Ottubru 2020 Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinforma lil dawk iż-żgħażagħ kollha bejn is-sittax u l-ħamsa u tletin sena sabiex jissieħbu f'din il-familja żagħżugħa tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nixtiequ ninfurmawkhom lis-Soċjeta' qiegħda tfittex żgħażagħ minn oqsma differenti sabiex jingħaqdu magħna ħalli llkoll flimkien nagħtu l-kontribut lill-Kummissjoni f'diversi attivitajiet u proġetti li ser isiru matul din is-sena. Is-Soċjeta' bħalissa qiegħda tilqa' l-applikazzjonijiet ta' dawk iż-żgħażagħ kollha li huma nteressati. Aqra aktar: Ingħaqdu Magħna - Kummissjoni Żgħażagħ