L-attività tal-High Tea Bit-Tombla organizzata mis-Soċjetà Mużikali Peace kienet suċċess ieħor, grazzi għall-parteċipazzjoni u l-appoġġ ta’ dawk kollha li attendew. Is-Soċjetà Mużikali Peace tixtieq tesprimi r-ringrazzjament tagħha lil kull min ta sehmu biex din l-attività setgħet tittella’, b’mod speċjali lill-voluntiera kollha li ħadmu b’dedikazzjoni u entużjażmu. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lil OTTO Clubhouse, Mother & Baby Naxxar u lis-Sur Michael Falzon għall-kontribut u l-appoġġ tagħhom. Grazzi tal-appoġġ kontinwu tagħkom! Ritratti10Filmati0