Fil-jiem li għaddew inxtraw żewġ strumenti ġodda biex studenti li qed jitħarrġu fil-mużika jkomplu l-istudji tagħhom fil-prattika b’strumenti ġodda.

Dawn l-istrumenti jikkonsistu f’kurunetta u saxophone alto.

L-istrumenti nxtraw bl-għajnuna mill-fond, ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ amministrat mill- Aġenzija Żgħażagħ.