Illum niċċelebraw anniversarju speċjali, 11-il sena ta’ memorji sbieħ, ħbiberiji u mumenti indimentikabbli!
Għal dawn l-11-il sena, OTTO Clubhouse kompla jkun parti mill-komunità tagħna, fil-qalba tan-Naxxar, u joffri post fejn in-nies jiltaqgħu, jissoċjalizzaw u joħolqu memorji sbieħ flimkien.
Nawguraw lil OTTO Clubhouse ħafna aktar snin ta’ suċċess, ħbiberija, ferħ u mumenti li jibqgħu mfakkra fil-qalba tan-Naxxar!
Ħarsa lura l-memorji ta' 19 t'Awwissu 2015 waqt il-Ftuħ uffiċjali ta' OTTO Clubhouse
Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Awwissu, fit-8:00pm, sar il-Ftuħ Uffiċjali tal-bottegin il-ġdid tas-Soċjetà, bl-isem ta’ OTTO Clubhouse.
Bħala Soċjetà, għażilna li dan il-bottegin insemmuh OTTO, b’referenza għan-numru 8, li għalina n-Naxxarin għandu sinifikat speċjali, hekk kif ifakkarna fit-8 ta’ Settembru, jum il-Festa ta’ Marija Bambina.
L-attività bdiet bil-kelmtejn tal-mibki President tas-Soċjetà, Dott. Martin Fenech, flimkien mas-Segretarju, is-Sur Matthew Pullicino, u bit-tberik tal-Bar mill-W.R. Arċipriet Dun David Gauci.
Wara t-tberik, l-operaturi tal-Bar stiednu lis-Soċji u lill-Bandisti għal festin fil-bottegin il-ġdid, fejn setgħu jiċċelebraw flimkien dan il-pass importanti għas-Soċjetà.
Il-Kumitat Ċentrali jixtieq jerġa’ jirringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom sabiex dan il-proġett seta’ jsir realtà, b’mod partikolari lill-operaturi tal-Bar, il-Familji Pavia u Sammut, li kienu l-benefatturi ewlenin ta’ dan il-proġett.
Awguri lil OTTO Clubhouse u lil dawk kollha li se jagħmlu dan il-post parti mill-ħajja soċjali tas-Soċjetà!
Agħfas hawn sabiex tara aktar ritratti tal-Ftuħ uffiċjali.
