Inżejnu Djarna Nixgħelu Beltna bil-kulur BLU

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Inżejnu Djarna u Nixgħelu Beltna bil-kulur Blu bi tħejjija għal Festa, s-Soċjeta' tagħna qed tistieden lin-Naxxarin kollha sabiex jingħaqdu llkoll magħha u jżejjnu d-djar tagħhom bil-kulur tradizzjonali blu. Tellaw il-bnadar, festuni u pavaljuni sabiex nagħtu bidu għal Festa kbira fejn din is-sena ser nkunu qiegħdin niċċelebraw l-anniversarju speċjali ta' 300 sena statwa fostna n-Naxxarin

Is-Soċjeta' Mużikali Peace għandna mħejjija kalendarju sħiħ ta' attivitajiet minn issa sal-Festa għalhekk nħeġġiġkom iżżommu aġġornati magħna permezz ta' dan is-sit u midja soċjali għal aktar aġġornamenti u nformazzjoni fuq l-attivitajiet tal-Festa 2026. 

Viva Marija Bambina!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify