Il-Ktieb tal-Festa tan-Naxxar 2026: Inkluża Edizzjoni Esklussiva!
Il-Ktieb uffiċjali tal-Festa 2026 issa jinsab disponibbli! Pubblikazzjoni kollha bil-kulur, mimlija materjal u artikli ta' interess kbir – fosthom l-istorja dettaljata tal-istatwa Titulari ta' Marija Bambina kif ukoll il-Programm sħiħ tal-Festa.
-
Fejn Takkwistah: Tista' tikseb il-kopja tiegħek mill-OTTO Clubhouse. Kull donazzjoni tkun apprezzata b'rispett lejn dan il-proġett.
-
Edizzjoni Esklussiva (Hardbound): Għall-okkażjoni ta' din is-sena ċentinarja speċjali, qed inniedu edizzjoni limitata f'qoxra iebsa – tifkira denja u mill-isbaħ ta' din is-sena storika. Aktar dettalji dwar kif tordnaha jingħataw dalwaqt!
Taqbżux din il-pubblikazzjoni unika li tiċċelebra l-għan storiku u kulturali tan-Naxxar!
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 24 ta’ Awwissu 2026