Waslet l-isbaħ ġimgħa tas-sena! Ingħaqdu magħna f’dawn il-jiem ta’ festa, fejn il-mużika, il-banda, l-arti, in-nar u l-briju jimlew it-toroq tagħna b’atmosfera unika. Il-qofol jintlaħaq fit-8 ta’ Settembru, il-jum tant għażiż tal-Marija Bambina, meta Naxxar jilbes il-libsa tal-festa u joħroġ jiċċelebra l-patruna tiegħu b’ferħ u devozzjoni.
VIVA MARIJA BAMBINA!
#300SenaFostna #Festa2026
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 1 ta’ Settembru 2026