Il-Festa 2026 għaddiet, iżda l-memorji u l-emozzjonijiet li ħalliet warajha jibqgħu magħna.

Is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi r-ringrazzjament tagħha lil kull min, b’xi mod jew ieħor, ta s-sehem u l-kontribut tiegħu sabiex il-festa ta’ din is-sena tkun suċċess u, fuq kollox, tibqa’ mnaqqxa fil-memorja u fl-istorja tagħna lkoll.

Din kienet sena tassew speċjali għan-Naxxar, hekk kif iċċelebrajna t-Tielet Ċentinarju mill-wasla tal-Vara Titulari ta’ Marija Bambina fostna, okkażjoni storika li kompliet tagħti sinifikat speċjali lill-festa ta’ din is-sena.

Grazzi lil dawk kollha li ħadmu, ikkontribwew, attendew u għexu magħna dawn il-ġranet ta’ festa. Kien grazzi għall-kontribut ta’ kulħadd li Festa 2026 setgħet tkun ċelebrazzjoni li tibqa’ mfakkra għal snin li ġejjin.

Viva Marija Bambina!