Għadek fil-ħin biex tikseb waħda mill-edizzjonijiet speċjali maħruġa b’tifkira tal-300 sena ta’ devozzjoni lejn Marija Bambina fin-Naxxar.
Disponibbli fi kwantità limitata:
- - Ktieb tal-Festa 2026 (Hardbound) – €10
- - Album mużikali ġdid bl-Innijiet Marjani (CD + Pendrive) – €20
- - Santa tal-bizzilla b’ritratt antik tal-Bambina u l-Innu “Is-Sliem Għalik Marija” – €5
Bħala tifkira speċjali, min jakkwista t-tliet oġġetti flimkien jingħata ritratt sabiħ tal-Bambina, ta’ daqs A3, b’xejn.
Dawn it-tifkiriet huma disponibbli minn OTTO Clubhouse.
Grazzi tal-appoġġ u tal-interess tagħkom.
VIVA MARIJA BAMBINA