Prosit lil Ella Marie Schembri, bandista u studenta fi ħdan l-iskola mużikali tagħna, li nhar il-Ġimgħa 25 ta' Settembru, kellha l-opportunità tipparteċipa, flimkien ma’ madwar 50 mużiċist minn diversi lokalitajiet f’Malta, f’master classes immexxija mill-U.S. Naval Forces Europe and Africa Band.

Din l-inizjattiva ġiet organizzata mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, b’kollaborazzjoni mal-U.S. Embassy Valletta, Malta, u offriet lill-parteċipanti opportunità ta’ tagħlim u skambju ta’ esperjenzi mużikali ma’ mużiċisti professjonali.

Nawguraw lil Ella Marie aktar suċċessi fil-vjaġġ mużikali tagħha u nħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ jibdew jitgħallmu l-mużika biex jagħmlu kuntatt magħna.