Is-Soċjetà Mużikali Peace kompliet tinvesti fit-tagħmir mużikali tagħha permezz tal-akkwist ta’ Glockenspiel, strument mużikali ġdid li kien meħtieġ għall-attivitajiet tal-banda u li se jservi wkoll bħala għodda edukattiva għall-istudenti li jixtiequ jitgħallmu u jsaħħu l-ħiliet mużikali tagħhom fuq dan l-istrument.
Dan l-investiment sar possibbli permezz tal-fond amministrat mill-Aġenzija Żgħażagħ, bħala parti mill-iskema “It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”, li minnha bbenefikat is-Soċjetà tagħna.
Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, is-Soċjetà Mużikali Peace tkompli ssaħħaħ l-impenn tagħha lejn it-tagħlim u l-edukazzjoni mużikali, filwaqt li tipprovdi lill-istudenti bl-opportunità li jitħarrġu u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’ambjent apposta għal dan il-għan.
B’hekk, is-Soċjetà tkompli toffri opportunitajiet ta’ kwalità lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar, bħala l-unika skola mużikali fin-Naxxar li toffri tagħlim mużikali professjonali kompletament bla ħlas.
Jekk tixtieq tibda l-vjaġġ mużikali tiegħek u titgħallem strument, ikkuntattja lis-Soċjetà Mużikali Peace biex issir taf aktar dwar il-korsijiet u l-opportunitajiet disponibbli.