Is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi l-apprezzament u l-gratitudni tagħha għall-inizjattiva li permezz tagħha ġiet inawgurata sala ġdida fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja, iddedikata b’ġieħ il-memorja ta’ Raymond Chetcuti, li serva fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali.
Għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni kienu preżenti martu, Mariella, li tokkupa wkoll il-kariga ta’ Teżoriera fi ħdan is-Soċjetà tagħna, kif ukoll uliedu Keith u Gayle.
Raymond ta wkoll il-kontribut tiegħu fil-ħidma tal-kumitat tas-Soċjetà u jibqa’ mfakkar għall-umiltà, għall-ġentilezza u għall-impenn soċjali li dejjem ikkaratterizzawh.
Din l-inizjattiva tikkostitwixxi ġest ta’ rikonoxximent u tifkira lejn il-ħidma u l-kontribut tiegħu fil-qasam tas-servizzi u l-benefiċċji soċjali.
Is-Soċjetà Mużikali Peace