Is-Soċjetà Mużikali Peace bi pjaċir tħabbar li 50% tal-biljetti għal A Night at the Movies – Christmas Spectacular diġà nbiegħu!

Ir-rispons pożittiv u l-interess li ntwera mill-pubbliku qed ikomplu jikkonfermaw l-entużjażmu għal dan l-ispettaklu mużikali, li jwiegħed lejla mill-isbaħ ta’ mużika u divertiment.

Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2026, fit-8:00pm, fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Birkirkara.

B’nofs il-biljetti diġà mibjugħa, dawk interessati huma mħeġġa jibbukkjaw posthom minn kmieni sabiex jevitaw id-diżappunt.

Grazzi tal-fiduċja u l-appoġġ tagħkom. Inħarsu ’l quddiem biex niltaqgħu magħkom għal lejla tassew speċjali!

Book your Tickets Now