Minn nhar il-Ħadd 15 ta' Novembru, jerġa’ jibda l-bejgħ tal-larinġ ta’ Malta minn quddiem il-każin, bħala inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Festa!

Inħeġġukom biex, meta tiġu, iġġibu magħkom basktijiet tad-drapp jew kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw, sabiex innaqqsu l-użu tal-plastik.

Grazzi tal-appoġġ tagħkom!