Prosit lil Ella Marie Schembri, bandista u studenta fi ħdan l-iskola mużikali tagħna, li attendiet għal workshop organizzat mill-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, ġewwa l-każin tal-Banda San Ġiljan A.D. 1927.

Dan il-workshop, li sar flimkien ma’ Mro. Dario Salvi, kien parti mill-proġett Malta National Youth Band Project, li għandu l-għan li jkompli jrawwem u jiżviluppa t-talenti mużikali taż-żgħażagħ.

Is-Soċjetà Mużikali Peace tifraħ lil Ella Marie għal din l-opportunità u tħeġġiġha tkompli tavvanza fil-vjaġġ mużikali tagħha.

Prosit tassew!

Tixtieq tibda l-vjaġġ mużikali tiegħek? Ikkuntattjana għal aktar informazzjoni.