Illejla, is-Soċjetà Mużikali Peace kellha l-pjaċir tospita Woodwind Masterclass taħt it-tmexxija ta’ Mro. Noel Beck, li għaliha attendew numru sabiħ ta’ studenti mill-iskola mużikali tagħna, li kellhom l-opportunità jkomplu jtejbu l-ħiliet mużikali tagħhom u jiksbu esperjenza ġdida.
Nirringrazzjaw lil Mro. Michael Pirotta għal din l-opportunità sabiħa, kif ukoll lil Mro. Noel Beck għall-kontribut tiegħu u għall-għarfien mużikali li qasam mal-istudenti tagħna.
Tixtieq tibda l-vjaġġ mużikali tiegħek magħna? Ikkuntattjana u sir parti mill-familja mużikali tagħna!