Is-Soċjetà Mużikali Peace tifraħ lil Tony Drago, il-leġġenda tas-snooker Malti, għar-rebħa prestiġjuża fuq Ronnie O'Sullivan, meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien, li permezz tagħha kiseb post fil-finali tal-Crucible Cup.
Din ir-rebħa hija kisba oħra mill-isbaħ fil-karriera ta’ Drago, li għal snin twal kompla jħalli isem Malta magħruf fix-xena internazzjonali tas-snooker.
Ta’ min ifakkar li f’Marzu li għadda, Drago kien sfida liċ-champion dinji John Higgins waqt esibizzjoni storika li saret fis-Soċjetà tagħna, fl-okkażjoni tal-100 sena anniversarju mis-snooker fin-Naxxar.
Nawguraw lil Tony Drago aktar suċċessi u xewqat sbieħ għall-finali! 👏🎱