F’dan l-istaġun tal-Milied, it-tfal huma mistiedna jgawdu wara nofsinhar mimli divertiment, attivitajiet u atmosfera festiva waqt The Christmas Kids Party, li se jsir b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation - L-Istrina.

L-attività se ssir is-Sibt, 26 ta’ Diċembru 2026, mill-5:00pm, fis-Sala Marija Bambina, Palazzo Vittoria, Naxxar, fejn it-tfal se jkollhom l-opportunità li jesperjenzaw il-ferħ u l-ispirtu veru tal-Milied permezz ta’ programm varjat ta’ attivitajiet.

Il-programm jinkludi baking, logħob, mużika, rigali, ħelu, ikel u xorb, u ħafna aktar, sabiex it-tfal ikollhom esperjenza sabiħa u mimlija memorji f’dan iż-żmien speċjali tas-sena.

Il-parteċipazzjoni ssir b’donazzjoni ta’ €10 għal kull tifel jew tifla, li tmur b’risq L-Istrina, u b’hekk din l-attività ssir ukoll opportunità biex flimkien nagħtu kontribut għal kawża ġeneruża.

Il-bookings jistgħu jsiru mill-OTTO Clubhouse, permezz ta’ Messenger jew billi ċċemplu fuq 7900 9694.

Ejja niċċelebraw il-Milied flimkien, filwaqt li nxerrdu l-ferħ, il-ġenerożità u l-ispirtu ta’ solidarjetà!