Għad fadal biss ftit jiem għall-ispettaklu tant mistenni A Night At The Movies | Christmas Spectacular, serata mużikali mill-isbaħ li se tieħu lill-pubbliku f’vjaġġ fid-dinja tal-mużika u l-maġija tal-films, bis-Soċjetà Mużikali Peace fuq il-palk f’kunċert live.
Taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Lino Pirotta, u bil-preżentazzjoni ta’ Clare Agius, din is-serata se tkun arrikkita bil-parteċipazzjoni ta’ Sarah Micallef Muscat u A-Line Dance Academy, li se jżidu dimensjoni spettakolari oħra ma’ dan l-avveniment.
L-entużjażmu qed ikompli jikber hekk kif noqorbu lejn din il-lejla speċjali, li twiegħed mużika mill-isbaħ, atmosfera mill-aqwa u spettaklu li ma għandux jintilef.
Tħallux għall-aħħar! Ibbukkjaw il-biljetti tagħkom illum u ejjew ingawdu flimkien A Night At The Movies | Christmas Spectacular.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn: