65 sena ilu... fl-1953, indaqq għall-ewwel darba l-Innu tas-Soċjetà “Il-Paċi”, kompożizzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Salvatore Schembri minn-Naxxar.

Tkanta mal-Banda l-ewwel darba fl-1990 bil-versi ta’ Dun Anton Sciberras.

 

L-Innu tas-Soċjetà “Il-Paċi”

 

Din hija l-banda tagħna

Li biha lkoll mkabbrin

Għax nafu li hi l-għaxqa

Ta’ kemm hawn Naxxarin.

 

Tajnieha l-isem “Paċi”

Għax dan jagħmlilna unur;

Kulħadd jieħu gost biha

Kull fejn dil-banda tmur.

 

Fil-Festa tal-Bambina

Indoqqu marċijiet

Li jferrħu lill-qlub kollha

Mal-kant tal-innijiet.

 

Ejjew fil-festa tagħna

Nifirħu lkoll flimkien;

Aħna nixtiequ l-paċi

Li ssaltan kullimkien.

 

Recording antik tal-Innu tal-Banda Peace mkanta mall-kor