Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 27 ta’ Awwissu 2026
Fl-okkażjoni unika tat-300 sena anniversarju mill-wasla tal-istatwa Titulari ta' Marija Bambina f'pajjiżna, l-avveniment annwali tal-Ħruġ tagħha min-Niċċa din is-sena ser ikun wieħed speċjali u storiku ghal beltna.
-
Marċ Konġunt: Il-Banda Peace flimkien mal-Banda Vittorja ser jibdew marċ konġunt fis-7:15 PM mill-Knisja Filjali ta' San Ġwann il-Battista lejn il-Pjazza. Is-serata tkompli fuq iz-zuntier bid-daqq ta' Innijiet Marjani miż-żewġ baned Naxxarin.
-
Għotja Storika tal-Warda tad-Deheb: L-Arċipriet Kan. Dun David Gauci, akkumpanjat mill-Presidenti taż-żewġ soċjetajiet mużikali, ser iwassal mill-Knisja Filjali tal-Vitorja sa fuq iz-zuntier il-Warda tad-deheb imbierka mill-Q.T. il-Papa Ljun XIV, li mbagħad ser titqiegħed f'riġlejn l-istatwa nhar is-6 ta' Settembru.
-
Data u Stedina: Nhar il-Ħamis, 27 ta' Awwissu. Nistednu lill-poplu Naxxari kollu biex jingħaqad magħna f'dan il-jum ta' talb, devozzjoni u festi f'ġieħ il-Bambina.
Inroddu ħajr lill-Arċipriet, lis-Sindku Dr. Christopher Deguara, kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija tal-għajnuna u l-arranġamenti kollha li saru.
VIVA MARIJA BAMBINA!
#300SenaFostna
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 25 ta’ Awwissu 2026