Festa BLUE Gathering #2 - 29 t'Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 29 ta’ Awwissu 2026

Is-Soċjetà Mużikali Peace tinsab preparata wara t-tħejjijiet intensi u tagħti l-bidu uffiċjali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa 2026 bit-tieni edizzjoni ta’ Festa BLUE Gathering!

Hekk kif din is-sena qed niċċelebraw l-anniversarju storiku ta' #300SenaFostna, intom ilkoll mistiedna tinngħaqdu magħna għal serata mimlija brijju, mużika mill-aqwa u atmosfera mill-isbaħ.

  • Data: Is-Sibt, 29 t'Awwissu, 2026

  • Ħin: Mid-9:00 p.m. ’il quddiem

  • Post: OTTO Clubhouse (Palazzo Vittoria, in-Naxxar)

Is-serata se tibda b'warmup set speċjali minn DJ Justin, filwaqt li l-mument ewlieni tas-serata se jkun f'idejn DJ Sue, li se tiżgura li nżommu l-enerġija għolja matul il-lejl kollu!

Ilbsu l-kulur blu, ġibu l-entużjażmu magħkom u ejjew niċċelebraw il-bidu ta' din il-Festa memorabbli flimkien!

#300SenaFostna #Festa2026

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify