Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa, il-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar qed torganizza l-BBQ tal-Festa 2026, attività li tgħaqqad ikel mill-aqwa, mużika live u atmosfera festiva fil-qalba tan-Naxxar. L-attività se ssir il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2026, mit-8:00pm ’il quddiem, fi Pjazza Vittorja, in-Naxxar, fejn il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi minn serata rilassanti u mimlija divertiment flimkien mal-familja u l-ħbieb.